Fid-dawl ta' dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropeja, ningħaqdu b'solidarjetà mal-bdiewa u r-raħħala li qegħdin jipprotestaw kontra ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u l-burokrazija żejda marbuta max-xogħol tal-irziezet.
Fl-ibliet ta' Pariġi, Brussel, u Bolonja fost oħrajn, diġà ħarġu eluf ta' bdiewa u raħħala bit-tractors sabiex jagħddu l-messaġġ tagħhom lill-mexxejja tal-pajjiżi tagħhom u tal-Ewropa. Illum ser jitlaqgħu fi Brussel il-mexxejja sabiex jiddiskutu r-regolamentazzjoni tal-biedja u l-prezz tal-fuel. Dan jirrigwarda l-produtturi u l-konsumaturi li kollha b'xi mod jew ieħor jiddependu mill-agrikoltura.
Il-produtturi sfortunatament jibqgħu jkunu dawk l-inqas imħallsin minn dawk kollha li jaħdmu fil-katina tal-ikel. Bħala Fondazzjoni MaYA qegħdin nswegwu mil-qrib dawn l-avvenimenti u nuru appoġġ bi sħiħ lejn il-bdiewa u r-raħħala Maltin fi kwistjonijiet li qed iġarrbu bħal sħabhom f'pajjiżi oħra.
Image: People stand beside tractors, as German farmers take part in a protest against the cut of vehicle tax subsidies, near the Brandenburg Gate in Berlin, Germany, December 18, 2023. REUTERS/Christian Mang/File Photo https://www.reuters.com/world/europe/german-farmers-protest-with-tractors-against-austerity-measures-2023-12-18/
Comentários